Aġġornar tal-Wikipedija bil-Malti

Deskrizzjoni:

Is-sit tal-Wikipedija bil-Malti fiha madwar 5 000 artiklu, li jagħmilha waħda minn l-iżgħar lingwi fil-Wikipedija. Dawn il-lekċers huma għal dawk li jridu l-Wikipedija tagħna tikber. Ser jingħataw lezzjonijiet fuq kif taġġorna l-Wikipedija, kif taġġorna l-Wikidata, u kif ittella stampi fuq il-Wikimedia Commons, kif ukoll tingħata eżerċizzji li jgħinu t-tkabbir u t-titjib tal-Wikipedija bil-Malti, b'sapport mingħand il-Wikimedia Community Malta.

Dan huwa study unit tad-Degree Plus tal-Università ta' Malta. Ħa jingħata fis-sajf filgħaxija b'mod onlajn u kulħadd jista' jirreġistra (jekk mintix student reġistrat l-Università, jkun hemm bżonn ħlas ta' €50). Lekċers jkunu bil-Malti.

Lettur: Dr Marc Tanti (marc.tanti@um.edu.mt)
Study unit: DGP0448
Biex tirreġistra: Ibgħat imejl fuq degreeplus@um.edu.mt u semmi n-numru tal-identita jew student number u l-kodiċi tal-istudy unit.